Lokali Parlament

Jeħtieġ linji gwida dwar it-tħawwil tas-siġar endemiċi f’postijiet pubbliċi

– Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici appella biex il-gvern iwettaq linji gwidi dwar x’tip ta’ siġar jitħawlu fil-pajjiż biex is-siġar endemiċi jingħataw prijorità fuq siġar u abruxelli li m’humiex parti mill-ambjent Malti.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-ambjent, id-deputat Nazzjonalista qal li l-ġonna pubbliċi devoluti għandhom jibqgħu taħt is-sorveljanza tal-ministeru responabbli kemm fl-indafa kif ukoll dwar it-tip ta’ pjanti li jkunu mħawla fil-post. Illum il-politika ta’ pjanti endemiċi spiċċat u flok dawn is-siġar qed jitħawlu pjanti oħra li m’humiex parti mill-ambjent nazzjonali Malti. Hu tkellem favur is-sġar taż-żebbuġ iżda lmenta li hemm ħafna siġar taż-żebbuġ mħawlin f’postijiet li ħadd ma jagħti kashom tant li ż-żebbuġ mhux ta’ kwalità meħtieġa u qed jintilef.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li jeħtieġ politika nazzjonali dwar is-siġar għaliex ħafna siġar endemniċi għal Malta qed jispiċċaw f’minoranza fejn ħafna xitel qed imutu. Jeħtieġ iktar sagħatar u rosmarinus fil-kampanja Maltija. Il-kunsilli lokali għandhom bżonn linja gwida dwar kif jaġixxu.

Carm Mifsud Bonnici qal li id-devuluzzjoni ta’ ġonna għandhom ikunu kkunsidrati bħala kurazija u jsir monitoraġġ kull sitt xhur tagħhom. Hu semma l-Magħluq ta’ Wied il-Għajn u tratta l-problema ta’ firien li hemm.

Dwar is-separazzjoni tal-iskart, id-deputat Nazzjonalista qal li hemm bżonn kampanja ta’ edukazzjoni u espriema tama li ma jkunx hemm kwantità kbira ta’ nies akkużati dwar in-nuqqas ta’ separazzjoni tal-iskart. Carm mifsud Bonnici ppropona li il-fliexken ikunu separati skont il-kulur u biex il-kusnilli lokali jkunu inċentivati fis-separazzjoni tal-iskart. Il-kunsilli lokali għandhom ikunu f’linja ma’ dak li qed iwettaq il-gvern.