Nhar il-Ħadd 13 ta’ Mejju, tliet kompetituri Maltin ipparteċipaw fil-kompetizzjoni Strongman tad-Dilettanti f’Birmingham, l-Ingilterra.
Dawn kienu Kris Mintoff, Charles Degiorgio u Wayne Gregoraci, b’dan tal-aħħar jispicca fl-ewwel post mit-33 kompetitur li kien hemm biex b’hekk ikkwalifika għal Britain’s Strongest Novice illi ser tiġi organizzata f’Settembru li ġej.
Iż-żewġ kompetituri l-oħra wkoll kisbu riżultat inkoraġġanti b’Mintoff jikseb ir-raba’ post fil-klassifika finali u Degiorgio, minkejja li kien l-eħfef u l-iżgħar kompetitur fid-daqs minn dawk kollha li hadu sehem spicca f’nofs il-klassifika.
//= $special ?>