Lokali

Malta l-ewwel fl-Unjoni Ewropea: iż-żgħażagħ l-iktar li jdumu jgħixu mal-ġenituri

Iż-żgħażagħ Maltin huma l-iktar fost l-Ewropej li jdumu jgħixu mal-ġenituri tagħhom. Dan joħroġ minn studju li juri kif iż-żgħażagħ Maltin, bħala medja, idumu jgħixu fid-dar tal-ġenituri tagħhom sakemm ikollom sa 32.2 sena.

Wara pajjiżna, wieħed isib lill-Kroazja (medja ta’ 31.9 snin), is-Slovakkja (31.9 snin) kif ukoll l-Italja (30.1 sena). Fil-qiegħa tal-klassifika, jiġifieri fejn iż-żgħażagħ iħallu r-residenza tal-ġenituri l-iktar kmieni hemm l-Iżvezja, Danimarka u Fillandja.