Internazzjonali

Misteru dwar missier Markle

Kensington Palace mhu qed jikkummenta xejn dwar rapporti li missier Meghan Markle se jkun operat u għalhekk ma jistax jattendi għat-tieġ tat-tifla nhar is-Sibt f’Windsor.

L-uffiċċju tal-Prinċep Harry qal li ma kellu xejn aktar xi jżid ma’ stqarrija li ħareġ nhar it-Tnejn fejn intalab rispett għal missier Markle li jinsab “f’sitwazzjoni diffiċli”. Thomas Markle għandu 73 sena u jgħix fil-Messiku u hu divorzjat minn omm Markle.

Hemm spekulazzjoni li missier Markle ħammar wiċċ il-familja irjali Ingliża wara li tħallas biex ippoża għal xi ritratti fil-ġranet li għaddew. Hu suppost kellu jwassal lil bintu sal-artal u issa mhux magħruf x’se jiġri. Suppost għandu jkun hemm stqarrija uffiċjali jekk hu mhux se jmur għat-tieġ. Hemm ukoll polemika għaliex xi membri tal-familja ta’ Markle ma kinux mistiedna biex jattendu għat-tieġ.