“Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil Maltin kollha li wrew solidarjeta’, u mħabba lejn il-familja tiegħi anke b’sempliċiment messaġġ. Il-kuraġġ tagħkom kien ta’ support kbir u tant kemm bagħtuwli messaġġi, impossibli li nirrisondihom kollha.”
Hekk kitbet fuq Facebook Leah Schembri (ritratt), it-tifla tal-pulizija tat-Traffic illi spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza kmieni t-Tlieta filgħodu.
It-tifla ta’ Simon Schembri kitbet “int l-eroj ta’ kull Malti. Kemm ilek fis-servizz 22 sena, salvajt ħajjiet u ħriġt qalbek għax-xogħol biex tgħin lil min ġie fil-bżonn. Minn dejjem kont b’qalbek tad-deheb”.
Hi qalet illi dan hu dak li tieħu meta tagħmel xogħlok sew, bil-ġurnata tax-xogħol tinbidel fi traġedja.
“Malta kollha warajk. Nispera li ssir ġustizzja”, kitbet Leah Schembri.



