Is-Sibt li għadda fil-Kumpless Sportiv ta’ Kordin, Qormi Daikin rebħu l-finali tan-knock-out wara li għelbu lil Floriana Young Stars 2-1. B’din ir-rebħa, Qormi għamlu doppjetta wara li rebħu wkoll il-kampjonat, b’Floriana jonqsu li jirbħu l-kompetizzjoni li rebħu s-sena l-oħra.
Kienu Young Stars li marru minn fuq wara erba’ minuti b’gowl ta’ Mark Camilleri minn riżultat ta’ penalty korner. Il-partita kienet milgħuba b’ritmu mgħaġġel u missielet, b’Qormi Daikin iġibu d-draw minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Zachary De Giovanni.
Qormi skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa lejn nofs it-tieni taqsima, b’Juan Sarcia jikkonverti minn azzjoni ta’ penalty korner. Sarcia saħansitra seta’ għalaq il-logħba iżda falla penalty, madankollu Qormi amministraw sat-tmiem biex rebħu l-kompetizzjoni. Wara l-partita, Shamison Mifsud għolla t-trofew tan-knock-out.
//= $special ?>