Żewġ persuni li kienu se jippruvaw jisirqu ħanut fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ġew arrestati mill-Pulizija wara li uffiċjal li kien off-duty qabadhom fil-fatt. Il-każ seħħ ilbieraħ bil-lejl fil-11pm.
Jidher li l-pulizija kien għaddej fl-imsemmija triq meta innota żewġ irġiel suspettużi. Huma mal-ewwel ħarbu mill-post meta indunaw li inqabdu fil-fatt jippruvaw jidħlu fil-ħanut. Il-ħallelin kienu qed jużaw vettura tat-tip Nissan Micra.
Aktar tard, l-irġiel inqabdu fi Triq il-Pitkali.
Il-ħallelin ġew arrestati u qed jinżammu għal aktar stħarriġ.
//= $special ?>

