Żagħżugħ ta 23 għoxrin sena baqa’ jinżamm arrestat wara li m’ammettiex l-akkużi kontrieh li stupra lill-eks tfajla tiegħu li għandha ħmistax-il sena. Dan wettaq dan ir-reat biex jagħti tagħlima lil din it-tfajla wara li bdiet tibgħat messaġġi lis-sieħba l-ġdida tiegħu.
Deniro Bugeja minn Bormla tressaq il-qorti jumejn wara li wettaq dan l-att vjolenti fuq din it-tfajla u li sar fid-dar tal-ġenituri tal-akkużat.
Bugeja ċaħad l-akkużi li stupra bi vjolenza, li żamm lill-vittma kontra l-volontà tagħha, li kellu x’jaqsam sesswalment ma tfajla taħt l-eta u li sar riċediv.
Fil-Qorti l-ispettur John Spiteri spjega kif il-vittma kienet f’relazzjoni mal-akkużat liema relazzjoni intemmet riċentement. Jidher li t-tfajla ta’ 15-il sena saret taf li l-eks maħbub tagħha kellu tfajla ġdida u hi bdiet tibgħat messaġġi lil din it-tfajla.
Meta skopra dan l-akkużat t-Tnejn li għadda ċempel lit-tfajla li kellu, iltaqa’ magħha u ħadha d-dar tal-ġenituri tiegħu, ħadilha l-mobile ħassar il-messaġġi, sawwatha u stupraha.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja u l-akkużat inżamm arrestat.
//= $special ?>