L-eqdem torri li għadu wieqaf f’Għawdex se jiġi restawrat u jinbidel f’ċentru għall-interpretazzjoni u informazzjoni għat turisti. Dan sabiex jipprovdi opportunità lill viżitaturi jsiru jafu aktar dwar dan il-post militari uniku fl-arkitettura tiegħu.
Dan it-torri se jiġi rrestawrat bl-għajnuna ta’ €284,000 minn fondi tal-Unjoni Ewropea, u l-proġett sħiħ se jiswa €355,371.
Meta jkun lest, il-Kunsill Lokali tal-Munxar bil-kollaborazzjoni ma’ Wirt Għawdex, se jipprovdu lill- viżitaturi tagħrif ta’ siwi kbir fuq l-istorja ta’ dan it torri, fil-forma ta’ vetrina statika fiċ- ċentru għall-interpretazzjoni kif ukoll esibizzjonijiet u rappreżentazzjonijiet ta’ ġrajjiet mill-imgħoddi.
It-torri tax-Xlendi nbena fi żmien il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann taħt it tmexxija tal-Gran Mastru Lascaris fl-1650. L iskop oriġinali tiegħu, li dam sas snin tal 1870, kien li jiddefendi l-bajja tax-Xlendi mill-kuntrabandisti, pirati u dawk li jkunu qed jaħarbu minn kwarantina.
//= $special ?>