Lokali

FILMAT: Arrestat wara li qajjem kjass sħiħ quddiem it-tfal

Raġel ta’ nazzjonalità barranija kellu jiġi arrestat bil-forza wara li qajjem kjass sħiħ waqt attività sportiva li kienet qed tiġi organizzata fil-Marsa Sport Grounds.

Il-każ seħħ dalgħodu quddiem għajnejn it-tfal, ġenituri u għalliema li ċemplu lill-uffiċjali għall-għajnuna sakemm żammewh.

Mill-ewwel indikazzjonijiet is-suspettat ġibed l-attenzjoni tal-ġenituri u talbuh sabiex jieqaf ipejjep quddiem it-tfal.

Madanakollu r-raġel irreaġixxa b’mod aggressiv fejn fost oħrajn ġera għal fuq il-korsa tal-Marsa biswit it-tfal fejn allegatament beda jhedded li se jistuprahom.

Filwaqt li rreżista l-arrest, is-suspettat ttieħed l-għassa ta’ Ħal Qormi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Filmat: Lillian Chetcuti Riolo