“Is-Sibt se tkun l-aħħar partita tiegħi ma’ Juventus u nemmen li hu l-aħjar mod biex nispiċċa din l-avventura.” Dawn kienu l-kliem ta’ Gianluigi Buffon hekk kif ħabbar li se mhux se jibqa’ ma’ Juventus. Il-gowlkiper qal li l-biża’ tiegħu kienet li jasal fi tmiem din l-avventura mhux f’kundizzjoni tajba, iżda qal li sal-età ta’ 40 sena esprima l-aħjar tiegħu bi prestazzjonijiet denji tiegħu u ta’ Juventus.
Buffon qal li wasal f’dan l-istadju seren u kuntent. Hu rringrazzja lil Juventus li fl-2001 kienu akkwistawh. Hu qal li għadu mal-klabb sa 40 sena, mertu biss tal-menalità ta’ Juventus. “Din il-filosofija għamiltha tiegħi u nużaha anki fil-futur u mhux fil-futbol jekk niġi bżonn,” kompla Buffon.
Minkejja li s-Sibt se jilgħab l-aħħar logħba ma’ Juventus, għadu mhux magħruf jekk Buffon hux se jirtira. It-Taljan qal li hi ċertezza li s-Sibt se jilgħab logħba. Buffon kompla li sa 15-il ġurnata kien ħaseb li ddeċieda li rtira, iżda saħaq li rċieva offerti kemm ġewwa kif ukoll barra l-pitch.
Il-gowlkiper Taljan qal li l-aktar waħda importanti rċeviha mingħand Andrea Agnelli u kompla li wara dawn il-jiem ta’ emozzjonijiet, il-ġimgħa d-dieħla se jieħu deċiżjoni definittiva wara li jirrifletti.
Buffon kien għamel id-debutt fis-Serie A fid-19 ta’ Novembru tal-1995 fl-età ta’ 17-il sena u 295 ġurnata, fil-partita bejn Parma u Milan li kienet intemmet 0-0. B’kollox hu lagħab 639 logħba fis-Serie A, tmienja anqas mir-rekord ta’ Paolo Maldini.
Il-gowlkiper għandu r-rekord ta’ disa’ kampjonati Taljani mirbuħa, ir-rekord tal-aktar gowlkiper ma sofriex gowl b’mod konsekuttiv b’total ta’ 974 minuta. Buffon hu l-aktar gowlkiper Taljan li lagħab fiċ-Champions League b’total ta’ 117 logħba u bl-istess numru, Buffon ma sofriex gowl fl-aħħar seba’ kampjonati.
Matul il-karriera tiegħu, jispikkaw żewġ mumenti importanti, meta kien strumentali biex l-Italja rebħet it-Tazza tad-Dinja fl-2006, u fl-istaġun ta’ wara baqa’ jilgħab ma’ Juventus minkejja li kienu relegati għas-Serie B.
Minbarra d-disa’ suċċessi fis-Serie A, ma’ Juventus hu rebaħ ukoll erba’ darbiet il-Coppa Italia u ħames darbiet is-Supercoppa Italiana. Qabel ma’ ngħaqad ma’ Juventus, Buffon rebaħ il-Coppa Italia u s-Supercoppa Italiana u l-UEFA Cup ma’ Parma, li inċidentalment hi l-unika kompetizzjoni Ewropea li rebaħ.
//= $special ?>