Ħadd ma jagħżel li jkun fil-faqar u jekk jingħata l-mezzi kif iwieżen lilu nnifsu, dak li jkun vulnerabbli jkun jista’ jagħti lura u jkun membru attiv fis-soċjetà.
Sostniet dan Anna van Lancker, Policy Co-ordinator ta’ EMIN, li hi taqsira għal European Minimum Income Network.
EMIN hu network ta’ għaqdiet mhux governattivi u individwi li huma impenjati sabiex jiddaħħlu skemi ta’ dħul minimu garantit fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea li jwassal għal għixien dinjituż.
Il-voluntieri ta’ EMIN telqu minn Brussell abbord żewġ coaches – waħda li qed iżur il-Punent u t-Tramuntana tal-Ewropa sal-Iżlanda u l-oħra li qed iddur il-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali tal-Lvant u n-Nofsinhar tal-Ewropa u li l-Erbgħa waslet propju f’Malta.
Il-voluntieri qed iwasslu l-messaġġ sabiex ikun hemm skemi ta’ Dħul Minimu adegwat u aċċessibbli.
Skont l-aħħar stħarriġ mill-Eurostat, hemm kważi 119-il miljun persuna, kważi 24% tal-popolazzjoni tal-UE huma f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali.
Sa issa, il-voluntieri diġa’ żaru 22 pajjiżi madwar l-Unjoni Ewropea.
Huma jqisu li skemi ta’ dħul minimu mfassla tajjeb jappoġġjaw lin-nies u lill-familji b’mezzi finanzjarji limitati biex jgħixu f’dinjità.
Fl-istess waqt, dawn l-iskemi jappoġġjaw lin-nies biex ikunu attivi fis-soċjetà u jiffaċilità l-integrazzjoni progressiva fis-suq tax-xogħol.
Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>