Il-ġest li għamlet mara residenti f’Pembroke waqt il-protesta tal-bieraħ biswit l-ITS, ġibed it-tifħir ta’ bosta. Dan hekk kif din il-mara li tgħix fiz-zona ħarġet toffri tazza kafe’ lill-uffiċjali tal-Pulizija li kienu preżenti.
Fuq Facebook, l-uffiċjal tal-Korp Martin Sammut irringrazzja pubblikament lil din il-mara li ħarġet toffri kafe’ lit-tliet uffiċjali li kienu qed jidderieġu t-traffiku.
“Il-ġest tiegħek, għalkemm żgħir, kien ferm apprezzat u sinifikanti meta wieħed iqis id-dieqa li bosta membri qed jesperjenzaw bħalissa”, fejn bla dubju Sammut kien qed jirreferi għall-aggressjoni fuq il-kuntistabbli kollega tagħhom Simon Schembri.
“Ma nafiex, imma bħala l-għola uffiċjal preżenti rrid nirringrazzja lil din il-mara”, kiteb Martin Sammut fuq Facebook.
//= $special ?>