Lokali

Il-Kuntistabbli Schembri għadu f’qagħda kritika

Appell biex ma jsir l-ebda ġbir u l-ebda mixja, sakemm din ma tkunx approvata minn qabel minn naħa tal-mara ta' Simon Schembri

Kien lejl ieħor ta’ ħidma kbira għat-tobba li qed isegwu lill-kuntistabbli Simon Schembri fl-ITU hekk kif jidher li l-vittma tal-aggressjoni tat-Tlieta għadu qed juża’ l-magni tal-ventilazzjoni biex jieħu n-nifs. Dan wara li fl-aħħar 24 siegħa kien hemm xaqq ta’ dawl meta Schembri deher jikkomunika mal-familja tiegħu.

Intant, il-familja tal-pulizija midrub qed tappella lin-nies biex għalissa ma jsiru l-ebda ġabriet monetarji jekk mhux espressament bil-kunsens tal-mara ta Simon, Moira Schembri. Intqal illi l-ebda kunsens għal ġbir ma inagħta lil ħadd għaliex f’dan l-istadju hu wisq prematur.

“Qiegħed jintalab sabiex għalissa jieqaf kull ġbir jew donazzjonijiet”, qal kelliem għall familja.

Apparti minn hekk, dwar kwalunkwe attivitajiet oħrajn li qiegħdin jiġu ppjanati, “il-familja Schembri titlob lill kull min qiegħed jorganizzahom, sabiex qabel kwalsiasi organizzazzjoni ta’ attivita fejn ikun se jintuza isem Simon Schembri jew isem il-familja tieghu issir konsultazzjoni mal-mara ta’ Simon u tali komunikazzjoni għandha tagħddi lill Herman Mula personalment.”

Fi stqarrija oħra, in-Netwerk tas-Socjeta’ Ċivili esprima solidarjeta’ ma’ Simon Schembri li ndarab serjament wara li kien qed jaqdi dmiru. “Is-soċjeta’ Maltija taf ħafna lil dawk li dmirhom hu li jħarsu s-sigurta’ taċ-ċittadini. Soċjeta’ sigura hi prerekwiżit ta’ soċjeta’ ċivili miftuħa”, sostna n-Netwerk.