Lokali

Imfakkar is-seba’ xahar mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

F’għeluq is-seba’ xahar mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-grupp Occupy Justice flimkien ma Awturi organizzaw vġili biex ifakkru dan l-att li sal-lum għadu jistenna ġustizzja.

Kienu bosta l-kelliema f’din l-attività li lkoll sejħu ghall-ġustizzja u biex l-awtoritajiet jagħmlu xogħolhom u jinvestigaw.

Il-kelliema saħqu li hemm bżonn li jirbaħ is-sewwa u għalhekk ma rridux inħallu li l-bomba li qatlet lil Daphne ssikket lis-soċjetà.

Intwera wkoll filmat li fih kienu elenkati l-iskandli li kixfet Daphne Caruana Galizia u l-mod kif l-impunità għadha tippersisti.

Fi tmiem intwera wkoll dokumentarju maħdum minn ġurnalista Ġermaniża dwar dak li għaddiet minnu l-ġurnalista maqtula.