Lokali

Imut Żeppi t-Tikka – kien involut fl-inċident tal-Kamra tan-Nar tal-Ġilju 16-il sena ilu

Is-Soċjeta' Madonna Tal-Ġilju titlef it-tielet membru f'temp ta' ħmistax

Mill-ġdid luttu fl-Imqabba hekk kif din il-ġimgħa tħabbret il-mewt ta’ Joseph Tanti, magħruf mal-Imqabbin bħala Żeppi t-Tikka. Hu kellu 82 sena.

Il-funeral ta’ Żeppi se jsir illum fl-Imqabba stess.

Żeppi kien President Onorarju tas-Soċjeta’ Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba. Fis-snin 70 hu kien fuq quddiem biex inbniet l-estensjoni tal-każin tal-Ġilju, filwaqt li fis-snin 2007-2008 hu kien pijunier fir-restawr tal-faċċata tal-istess każin.

Żeppi kien spiċċa ferut fl-inċident tal-Kamra tan-Nar tal-Ġilju li hemm fil-limiti tal-lokalita’ – inċident li kien seħħ fl-2002. Dakinhar, l-isplużjoni kienet ħalliet ħerba sħiħa fil-kumpless tan-nar.

Ftit tal-ġranet ilu, l-Imqabba tilfet żewġ pirotekniċi magħrufa; John Mary Ciantar u Lawrence Mangion.