Lokali

“Inċident serju li qatt m’għandu jiġi politiċizzat” – PN

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija ddeplora l-kummenti tal-Membru tal-Parlament Ewropew Laburista Marlene Mizzi, li qed tippolitiċizza l-inċident li fih safa’ vittma l-kuntistabbli Simon Schembri waqt il-qadi ta’ dmirijietu, li huwa riżultat ta’ att kodard ta’ persuna li ġiet arrestata.

F’dan il-mument il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid jerġa’ jesprimi s-solidarjetà ma’ Simon Schembri u l-familja tiegħu kif ukoll mal-membri kollha fil-Korp tal-Pulizija li ta kuljum jissograw ħajjithom sabiex jiddefendu liċ-ċittadini onesti mill-kriminali.

L-istqarrija tal-PN kienet mibgħuta lill-media mill-kelliem tal-PN Beppe Fenech Adami.