Fl-Italja, iż-żewġ partiti populisti, Cinque Stelle u Lega Nord iltaqgħu, biex jiffinalizzaw ftehim għal Gvern bil-għan li jtemmu aktar minn għaxar ġimgħat ta’ staġnar politiku.
L-indikazzjonijiet huma li qed jitwitta triq għal Gvern li jnaqqas mit-taxxi u jżid l-infiq fuq is-sigurtà soċjali, bis-sitwazzjoni politika fl-Italja qed tihder bħala l-akbar sfida għall-Unjoni Ewropea mindu r-Renju Unit ivvota għall-Brexit, sentejn ilu.
Il-partiti Cinque Stelle u l-Lega ħarġu l-aktar b’saħħithom mill-elezzjoni ġenerali inkonklussiva tal-4 ta’ Marzu fl-Italja li hi t-tielet l-akbar ekonomija fiz-Zona Ewro.
Intant, iż-żewġ partiti jidhru li qed jaħsbu dwar politika li tabbuża r-regoli tal-UE fejn jidħlu taxxa u d-dixxiplina fiskali. Dan fost l-inkwiet tal-investituri fid-dejn tal-Italja.
//= $special ?>

