Lokali

Libjan jinqatel…is-suspettati se jitressqu l-Qorti dalgħodu

Pulizija ta' Malta

Libjan tilef ħajtu wara li jumejn ilu ddaħħal l-isptar isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Kien nhar it-Tnejn 14 ta’ Mejju li għal ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu l-Pulizija kienet infurmata li f’residenza fi Triq il-Kappillan Mifsud il-Ħamrun kien hemm persuna mitluf minn sensih u fejn kellu anke demm ħiereġ minn ħalqu.

Il-vittma ddaħħal l-isptar fejn mill-ewwel irrżulta li kien fil-periklu imminenti li jitlef ħajtu. Fil-fatt jidher li l-Libjan kellu ġrieħi permezz ta’ daqqiet ta’ oġġett iebes kif ukoll kellu feriti li jidhru li saru permezz ta’ oġġett li jaqta’ u bil-ponta.

B’rabta ma dan l-inċident il-pulizija arrestat  żewġ persuni.

Il-Libjan tilef ħajtu aktar kmieni llejla u issa s-suspettati mistennija li jitressqu quddiem il-Qorti għada akkużati bi qtil.