L-attriċi Amerikana, Meghan Markle, li nhar is-Sibt, tiżżewweġ lill-Prinċep Harry tal-Ingilterra, qalet li missierha mhux se jkun preżenti għal din l-okkażjoni.
Hi, fi stqarrija, sostniet li ‘dejjem kien jimpurtaha’ minn missierha u li tittama ‘li hu jista’ jitħalla fil-kwiet biex jikkonċentra fuq il-problemi għal saħħtu’.
Fl-aħħar jiem, żdiedet l-ispekulazzjoni dwar jekk il-missier, Thomas Markle, li għandu 73 sena, kellux ikun preżenti għaċ-ċerimonja taż-żwieġ u jakkumpanja lil bintu għal fuq l-artal.Intant, f’nofs il-ġimgħa, kien irrappurtat li hu kellu jgħaddi minn kirurġija f’qalbu.
Thomas Markle, li jaħsbu li qiegħed fil-Messiku, kien anki involut f’kontroversja wara li, allegatament, ippoża għal ritratti mal-paparazzi. Hu, fl-istess ħin, kien indika diversi drabi ‘li kellu jattendi għaż-żwieġ irjali’ qabel bidel din il-versjoni ftit wara, fost ir-referenzi ‘għall-proċedura tal-qalb’.
Xi qraba ta’ Markle, intant, qalu li ‘missier Meghan kellu jiffaċċja stress enormi’. Hu minnu wkoll li uħud mill-qraba ta’ Meghan Markle mhumiex mistednin għat-tieġ.
//= $special ?>


