Kif tħabbar ilbieraħ f’Net Live fuq Net TV, is-Sibt filgħodu fil-Belt se tkun qed issir mixja ta’ solidarjeta’ b’appoġġ mal-membri kollha fil-Korp tal-Pulizija.
Il-mixja tas-Sibt se tibda fl-10am, u hi organizzata mill-Malta Police Association, il-Police Officers Union u l-Malta Association of Retired Police Officers.
Il-pjan hu li l-mixja tispiċċa quddiem il-Parlament.
Għal din il-mixja mistieden kulħadd.
//= $special ?>