Lokali

IS-SIBT IL-MIXJA FIL-BELT: B’solidarjeta’ mal-uffiċjali tal-Pulizija

Il-mixja tibda minn Pjazza San Ġorġ

Kif tħabbar ilbieraħ f’Net Live fuq Net TV, is-Sibt filgħodu fil-Belt se tkun qed issir mixja ta’ solidarjeta’ b’appoġġ mal-membri kollha fil-Korp tal-Pulizija.

Il-mixja tas-Sibt se tibda fl-10am, u hi organizzata mill-Malta Police Association, il-Police Officers Union u l-Malta Association of Retired Police Officers.

Il-pjan hu li l-mixja tispiċċa quddiem il-Parlament.

Għal din il-mixja mistieden kulħadd.