Ambjent Lokali

Rifjutat il-permess għal żewġ pompi tal-petrol

Żewg applikazzjonijiet għall-bini ta’ pompi tal-petrol ġodda f’Ħaż Żebbuġ u San Ġwann ġew rifjutati b’vot unanimu li ttieħed illum mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-pompi kienu t-tnejn li huma fuq art ODZ, waħda f’Tal Balal f’San Ġwann u oħra fi Triq l-Imdina f’Ħaż- Żebbuġ.

L-oġġezzjoni primarja mid-Direttorat tal-Ippjanar għaż-żewġ applikazzjonijiet kienet għal fatt li l-pompi kienu se jkunu f’distanza ta’ inqas minn 500 metru minn pompi tal-petrol li diġà hemm eżistenti.

Wara li sema’ liż-żewġ applikanti u d-direttorat, il-Bord tal-Ippjanar qabel ir-rakkomandazzjoni tad-Direttorat u rrifjuta l-permessi.