Alexandre Lacazette u Anthony Martial huma fost il-plejers li tħallew barra fl-iskwadra nazzjonali Franċiża għat-Tazza tad-Dinja.
Lacazette li lagħab f’sitt logħbiet mit-13 ta’ Franza s-sena l-oħra, kien imsejjaħ fil-lista tar-riservi, b’Olivier Giroud magħżul fost is-seba’ attakkanti fl-iskwadra finali.
Anthony Martial ukoll jinsab fil-lista tar-riservi flimkien ma’ plejers bħala Mamadou Sakho, Moussa Sissoko u Kurt Zouma. Fost dawk li ħadu post Lacazette u Martial, hemm l-attakkant ta’ Newcastle Florian Thauvin.
Dimitri Payet li weġġa’ fil-finali tal-Europa League l-Erbgħa li għadda tħalla barra wkoll b’dubju fuq il-kundizzjoni fiżika tiegħu.
“Kellu ċans tajjeb li jintgħażel mat-23 plejer, imma għall-injury li sofra normalment ikun hemm bżonn tliet ġimgħat biex wieħed jirkupra. Hemm riskju wkoll li wieħed jerġa’ jweġġa’ u rrid nagħti l-lista finali fl-4 ta’ Ġunju,” qal Deschamps
Skwadra finali
Gowlkipers: Alphone Areola (PSG), Hugo Lloris (Tottenham), Steve Mandanda (Olympique Marseille)
Difensuri: Lucas Hernandez (Atletico Madrid), Presnel Kimpembe (PSG), Benjamin Pavard (Stuttgart), Benjamin Mendy (Manchester City), Djibril Sidibe (Monaco), Adil Rami (Olympique Marseille), Samuel Umtiti (Barcelona), Raphael Varane (Real Madrid)
Midfielders: Blaise Matuidi (Juventus), N’Golo Kante (Chelsea), Steven N’Zonzi (Sevilla), Paul Pogba (Manchester United), Corentin Tolisso (Bayern Munich)
Attakkanti: Olivier Giroud (Chelsea), Antoine Griezmann (Atletico Madrid), Kylian Mbappe (PSG), Thomas Lemar (Monaco), Nabil Fekir (Olympique Lyon), Florian Thauvin (Olympique Marseille), Ousmane Dembele (Barcelona)
//= $special ?>