L-Ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia esprima interess sabiex jiġu stabbiliti “kuntatti” bejn il-Parlament Malti u dak tal-Panama. Dan intqal f’laqgħa li kellu l-Ispeaker mal-ambaxxatriċi l-ġdida tal-Panama Ana María de León de Alba.
Farrugia fakkar kif ir-relazzjonijiet ta’ pajjiżna mal-Panama bdew f’Jannar 1976. Sal-lum ma hemm l-ebda Malti li jgħix fil-Panama.
Matul il-laqgħa ġew diskussi temi ta’ interess komuni, u l-ħtieġa li jiġi stabbilit kuntatt bejn il-Parlamenti taż-żewġ pajjiżi.
L-ambaxxatriċi tal-Panama kienet akkumpanjata minn Harold Randy Hayle, Segretarju fl-ambaxxata tal-Panama f’Ruma.
//= $special ?>