L-azzjonijiet industrijali fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei daħlu fit-tielet ġimgħa tagħhom hekk kif il-UĦM għadha qed tinsisti li fost l-ispiżjara hemm nuqqas ta’ staff – nuqqas li mhux qed ikun indirizzat mill-amministrazzjoni tal-isptar.
Ċirkolari li waslet għand Net News (ritratt) tikkonferma li l-ispiżerija ta’ Mater Dei mhix tiftaħ bejn l-10am u s-1pm, apparti f’ċirkustanzi ta’ emerġenza. Dan qed isir fuq direttiva sabiex il-Gvern u l-amministrazzjoni jindirizzaw il-problema ta’ nuqqas ta’ staff.
Il-fatt li l-ispiżerija qed tkun magħluqa kuljum qed twassal għal inkonvenjent kbir fost il-pazjenti u dawk li jużaw is-servizzi ta’ Mater Dei.
Jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ staff tant hi gravi illi l-ispiżjara li jiproċessaw il-mediċini f’Mater Dei lanqas għadhom fejn jingħataw leave.
//= $special ?>