Żagħżugħ ta’ 15-il sena u mara ta’ 43 sena weġġgħu serjament wara ħabta li seħħet fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann tard ilbieraħ bil-lejl.
Il-feruti kienu passiġġieri f’karozza Kia misjuqa minn raġel ta’ 53 sena li ħabtet ma’ Nissasn Qashqai misjuqa minn raġel Tork.
Il-mara spiċċat maqbuda fil-karozza kawża tal-impatt, tant li kellhom jissejħu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15pm, bil-Pulizija għadhom qed jinvestigaw il-każ.
//= $special ?>