Carmelo Stivala u Michael Stivala ġew liberati minn kull akkuża fil-konfront tagħhom hekk kif huma kienu ġew akkużati fil-Qorti b’rabta ma’ inċident sfortunat li seħħ f’Ġunju ta’ 6 snin ilu.
Il-każ kien jirrigwardja studenta Franċiża li dak iż-żmien kellha 22 sena, u li kienet spiċċat l-isptar wara li waqgħet għal fuqha biċċa ħadida ta’ scaffolding minn sit tal-kostruzzjoni fi Triq Patrick Stuart, il-Gżira. It-tfajla kienet ġarrbet diżabbilta’ permanenti, għalkemm wara sar magħruf illi fil-ħin li fih hi kienet għaddejja minn taħt l-iscaffolding ma kienx qiegħed isir xogħol.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti illiberat lid-direttur tal-kumpanija Carmelo Stivala u lill-project supervisors Michael Stivala minħabba l-fatt li ma tistax torbot ħtija kriminali lejhom. Dan għaliex huma ħadu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji relatati ma’ saħħa u sigurta’.
It-tielet akkużat, Moamer Salama, ġie ukoll liberat mill-akkużi. Salama kien mibgħut biex inaddaf is-sit in kwistjoni, iżda ma nstabet l-ebda rabta mal-inċident.
Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera.
L-avukat Joe Giglio deher għall-akkużati.
//= $special ?>