Il-kowċ nazzjonali tal-Portugall Fernando Santos sejjaħ l-iskwadra finali għat-Tazza tad-Dinja. Fost il-plejers li tħallew barra, jispikkaw l-ismijiet ta’ Joao Cancelo ta’ Inter, Nani ta’ Lazio u Andre Gomes ta’ Barcelona.
L-iskwadra ta’ Santos tinkludi 13-il plejer li kienu involuti fit-tim li rebaħ il-Kampjonat Ewropew tal-2016, b’disa’ minnhom jibdew il-finali kontra Franza. L-uniċi żewġ plejers li mhux fl-iskwadra huma Nani u Renato Sanches li kellu staġun diżappuntanti.
Eder, li kien skorja l-gowl deċiżiv fil-ħin barrani meta daħal bħala sostitut, ukoll tħalla barra mill-iskwadra finali.
“Irrid nieħu d-deċiżjonijiet skont il-plejers li nemmen li jistgħu jidħlu l-aħjar fit-tim. Għandi fiduċja fil-plejers, bl-istess mod li kelli fiduċja fil-plejers li lagħbu fl-Euro 2016.”
“Inweġġa’ li ma nistax ninkludi l-plejers kollha li kienu magħna fil-Kampjonat Ewropew. Kollha għenu lilna biex niktbu paġna brillanti fl-istorja tal-futbol Portugiż,” qal Santos.
Skwadra finali
Gowlkipers: Anthony Lopes (Lyon), Beto (Goztepe), Rui Patricio (Sporting)
Difensuri: Bruno Alves (Rangers), Cedric Soares (Southampton), Jose Fonte (Dalian Yifang), Mario Rui (Napoli), Pepe (Besiktas), Raphael Guerreiro (Borussia Dortmund), Ricardo Pereira (Porto), Ruben Dias (Benfica)
Midfielders: Adrien Silva (Leicester), Bruno Fernandes (Sporting), Joao Mario (West Ham), Joao Moutinho (Monaco), Manuel Fernandes (Lokomotiv Moscow), William Carvalho (Sporting)
Attakkanti: Andre Silva (Milan), Bernardo Silva (Manchester City), Cristiano Ronaldo (Real Madrid), Gelson Martins (Sporting), Goncalo Guedes (Valencia), Ricardo Quaresma (Besiktas)
//= $special ?>