Sport Sport Ieħor

Sliema jiksbu draw kontra Nacka LHK fid-Danimarka

Il-logħba hi parti mill-EuroHockey Club Challenge III

Sliema Hotsticks fetħu l-impenji tagħhom fil-EuroHockey Club Challenge III f’Copenhagen fid-Danimarka, bi draw pożittiv ta’ 4-4 kontra t-tim Żvediż ta’ Nacka LHK. Il-gowls għat-tim Malti waslu minn Alessandro Amore, Lukas Plaehn, Ryan Dalli u Jonathan Borg.

Bħal Hotsticks, qed jipparteċipaw ukoll Floriana Young Stars li jinsabu fil-EuroHockey Club Challenge IV f’Helsinki, fil-Finlandja. Huma wkoll lagħbu l-ewwel logħba tagħhom iżda sfaw megħluba 2-0 minn HK Moravske Toplice tas-Slovakkja, bit-tieni gowl jasal lejn it-tmiem.

B’kollox hemm 11-il tournament tal-EuroHockey Club. Dawn qed isiru fi bliet bħal Helsinki, Londra, Lipovci, Ginevra, Ghent, Vienna, Copengagen u Edinburgh. It-tournament qed bdew ilbieraħ u jibqgħu għaddejjin sal-Ħadd li ġej.

Tags