Bħalissa f’Ħaż-Żebbuġ għaddejja operazzjoni mill-Explosives Ordnance Disposal (EOD) tal-AFM fuq suspett li qajjmu żewġ bagalji qrib ir-residenza taċ-chairman tal-MCST Jeffrey Pullicino Orlando.
L-aħbar kienet konfermata wkoll mill-Pulizija.
Jidher illi kmieni dalgħodu intlemħu xi bagalji wara l-bieb tad-dar tiegħu u meta marret persuna tal-fiduċja tiegħu fil-post biex jara x’inhuma, dan tħasseb u ċempel lill-EOD.
L-operazzjoni saret fid-9am, bis-suldati jevakwaw il-post u jisparaw l-ilma fuq il-bagalji sabiex jagħtu bidu għat-tfittxija – liema tfittxija rriżultat fin-negattiv.
Pullicino Orlando hu dentist u kandidat tal-PL għall-elezzjoni ġenerali.
//= $special ?>