Lokali

Investigazzjoni dwar korruzzjoni b’rabta ma’ Malta

L-awtoritajiet kontra l-ħasil tal-flus fil-Latvja qed jippruvaw jistabilixxu l-moviment ta’ flus li sar minn bank fil-Latvja lejn il-kumpanija 17 Black, li s-sidien tagħha għadhom mhux magħrufa.

F’din l-investigazzjoni ntalbet l-assistenza tal- Financial Intelligence Analysis Unit, fi Frar li għadda.

L-investigazzjoni bdiet wara li ġew żvelati dokumenti li juru li total ta’ €1.3 miljun f’pagamenti għaddew fil-kumpanija 17 Black.

Din il-kumpanija, fost il-klijenti potenzjali tagħha, kellha wkoll liċ-Chief of Staff Keith Schembri kif ukoll lil Konrad Mizzi.

Madwar €1.1 miljun minn dawn il-flus intbagħtu lil 17 Black f’Novembru tal-2015, grazzi għal tranżazzjoni li għaddiet mill-bank tal-Latvja, ABLV Bank, liema bank riċentament waqaf jopera minħabba ksur ta’ regolamenti li għandhom x’jaqsmu mal-ħasil tal-flus.

Jidher li kien l-istess bank tal-Latvja li ttimbraw din it-tranżazzjoni bħala waħda suspettuża għalkemm mhux magħruf x’wassal biex jitqajjem dubju dwar dan.