L-anzjani li jbatu bid-dimensja kellhom l-opportunità li joħorġu flimkien mal-qraba tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom, f’atmosfera informali. L-anzjani ltaqgħu l-Arka ta’ Noè, fejn kellhom ankè l-opportunità li jaraw l-annimali.
Dawn il-ħarġiet qed isiru bħala parti mill-inizjattiva Memory Cafè. Memory Cafè hija inizjattiva li ilha li ġiet introdotta madwar l-Ewropa, fejn anzjani li jbatu bid-dimensja jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ nies oħrajn bħalhom.
Bħalissa f’Malta hu stmat li hawn madwar 6,000 persuna tbati mid-dimensja, filwaqt li hu mistenni li dan l-ammont jikber sas-sena 2050.
Net News tkellem ma’ Alex Gobey fejn saħaq l-importanza ta’ dawn il-memory cafès.
Din hija opportunità tajba sabiex dawk li jieħdu ħsieb dawn l-anzjani jkollhom kemm għarfien, kif ukoll support, kemm minn carers oħrajn bħalhom, kif ukoll minn minn persuni ta’ professjoni.
Din l-attività saret ukoll ftit jiem il-bogħod mill-ġimgħa ddedikata għal kundizzjoni tad-dimensia.
//= $special ?>