Lokali

Dgħajsa titfarrak mal-blat fil-Qawra

Hekk kif il-Gżejjer Maltin qed jintlaqtu minn irwiefen li jlaħqu l-Forza 6 f’xi waqtiet – ritratt ippublikat online wera dgħajsa mdaqqsa maqluba qrib l-ixtajta tal-Qawra.

Filwaqt li l-baħar jibla’ l-art qiegħed iħabbat id-dgħajsa mal-blat, s’issa sid id-dgħajsa għadu mhux magħruf.

Sadanittant l-Uffiċju Meterjoloġiku ta’ Malta qiegħed ibassar li t-twissija ta’ riħ mistennija tibqa’ fis-seħħ sat-8pm.