Lokali

Ħabta kerha fid-daħla ta’ Paceville

Numru ta' nies involuti ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura

Mara ta’ 44 sena residenti l-Imtarfa sofriet ġrieħi gravi u raġel ta’ 47 sena  residenti r-Rabat sofra ġrieħi ħfief wara inċident tat-traffiku li seħħ is-Sibt filgħaxija f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9pm fi Triq Mikiel Anton Vassalli meta seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Citroen C2 misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti Tas-Sliema u karozza tat-tip Mazda 323 misjuqa mir-raġel li fiha kien hemm il-mara passiġġiera.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu lill-vittmi. Iktar tard kien iċċertifikat li l-mara qed isofri minn ġrieħi gravi u r-raġel qed isofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.