Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Il-FIFPro se tappella s-sospensjoni ta’ Paolo Guerrero

(Ritratt: EPA)

Il-union tal-plejers dinjija l-FIFPro qalet li kitbet lil FIFA biex il-captain tal-Perù Paolo Guerrero jitħalla jilgħab fit-Tazza tad-Dinja wara li ġie sospiż fuq kokaina kontaminat fit-tè. Il-FIFPro qalet fuq twitter li qed tittama għal risposta sa 48 siegħa oħra.

Guerrero kien skonta s-sospensjoni ta’ sitt xhur, meta l-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv żied is-sospensjoni għal 14-il xahar ġimgħa ilu. Din is-sospensjoni ġdida imposta mill-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping wara appella mill-CAS, ifisser li l-attakkant ta’ 34 sena se jitlef it-Tazza tad-Dinjali l-Perù kkwalifikaw għaliha għall-ewwel darba wara 36 sena.

Il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv żieded is-sospensjoni minkejja li aċċettat li l-attakkant ma kellux il-ħsieb li jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu u li ma kienx jaf bis-sustanza.

Il-FIFPro kienet diġà kkritikat din is-sospensjoni bħala mhux proporzjonata u qalet li l-kodiċi tal-WADA kienet imposta fuq il-futbol mingħajr konsultazzjoni proprja mal-plejers.