Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jżur Ħal Kirkop għal Irkotta Fest

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia kompla l-kumplament tal-ġurnata billi żar Ħal Kirkop fejn għall-Jum tal-Ħadd fir-raħal kien hemm Irkotta Fest.

Filwaqt li ltaqa’ mal-bejjiegħa tal-ikel, kellu l-opportunità li jduq ikel magħmul mir-irkotta, fosthom il-ġbejniet Maltin.

Bla dubju ta’ xejn, Irkotta Fest kienet ikkaraterizzata minn ikel kollu magħmul mir-rikotta, fosthom qassatati u kannoli. Fit-toroq tar-raħal kien hemm armat palk fejn kien hemm ukoll numru ta’ għannejja li taw xejra iktar tradizzjonali.

Adrian Delia mar ukoll fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali tal-istess raħal fejn iddawwar fl-uffiċċji fl-istess bini fejn kien hemm esebizzjoni ta’ pitturi tal-artist Clint Grech.

Il-pitturi kienu jinkludu veduti mill-isbaħ ta’ postijiet f’Malta u Għawdex.

Ritratti: Martin Aguis