Il-Papa Franġisku ħabbar li x-xahar id-dieħel se jħabbar 14-il kardinal ġdid u fosthom se jkun hemm l-ajjutant ewlieni tiegħu li jagħmel ħafna xogħol fost dawk li jgħixu fit-triq.
Il-Papa issorprenda lil dawk miġbura fi Pjazza San Pietru hekk kif ta din l-aħbar.
Il-kardinali ġodda, wieħed jista’ jgħid, huma minn madwar id-dinja, inklużi l-Iraq, il-Portugall, l-Italja, il-Polonja, il-Perù, il-Ġappun u l-Madagaskar.
Hemm 11 mill-kardinali l-ġodda li għandhom anqas minn 80 sena età. Dan ifisser li huma eleġibbli biex jivvutaw għal Papa ġdid.
Il-konċistorju, iċ-ċerimonja li fiha jsiru l-kardinali, se jsir fid-29 ta’ Ġunju, il-festa ta’ San Pietru u San Pawl.
B’dawn il-kardinali l-ġodda, se jkun hemm 227 kardinal, li minnhom 126 għandhom anqas minn 80 sena età.
Il-Papa se jiddikkijara 14-il kardinal ġdid f’Ġunju


