Id-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkommemoraw Jum il-Protezzjoni Civili matul il-ġurntata tas-Sibt.
Il-pubbliku kellu l-opportunità li jmur l-istazzjon ta’ Ħal Far fejn kien hemm diversi attivitajiet differenti sabiex jikkommemoraw din il-ġurnata. Fost dawn kien hemm diversi vetturi eżebiti, dimostraazzjonijiet ta’ abseiling, tifi tan-nar, u dog handling.
Kien hemm ankè diversi attivitajiet għat tfal, fejn fost l-oħrajn kellhom l-opportunità li jużaw l-apparat għat-tifi tan-nar filwaqt li jisparaw l-ilma.
Net News tkellem mad-direttur tal-Protezzjoni Ċivili, Emmanuel Psaila, fejn saħaq x’kienu qed jikkommemoraw permezz ta’ dan il-jum.
Intant, kien hemm dimostrazzjonijiet ankè minn St John’s Ambulence u Malta Red Cross.