Internazzjonali

Qtil ieħor b’sikkina f’Londra

Reġa’ kien hemm qtil ieħor fil-kapitali tar-Renju Unit b’sikkina. Din is-sena kien hemm aktar minn 60 qtil f’Londra, li minnhom aktar min-nofs kienu bis-skieken minn persuni żgħażagħ.
Aktar kmieni dan ix-xahar issejħet investigazzjoni urġenti minħabba ż-żieda drammatika fir-reati vjolenti f’Londra din is-sena.
Dan l-aħħar qtil seħħ fiz-zona ta’ Mitcham, fin-Nofsinhar ta’ Londra. Il-vittma hu raġel ta’ madwar 20 sena, u raġel ta’ 44 sena kien arrestat mill-Pulizija b’rabta mal-qtil.