Rafael Nadal irkupra minn set minn taħt biex għeleb liż-żagħżugħ Alexander Zverev u rebaħ il-Masters ta’ Ruma għat-tmien darba.
Nadal irkupra wara waqfa ta’ 50 minuta minħabba l-maltemp, u rebaħ 6-1, 1-6, 6-3, dikjarazzjoni tal-potenzjal tiegħu, hekk kif il-ġimgħa d-dieħla jibda l-Open ta’ Franza. Dan kien il-ħames konfront bejn it-tnejn, b’Nadal jirbaħ il-konfronti kollha. Hu kiseb ukoll it-78 titlu fil-karriera.
Nadal li rebaħ it-tournaments ta’ Monte Carlo u Barcelona għall-11-il darba, se jsir ukoll is-sid numru wieħed flok Roger Federer meta jiġu aġġornati r-rankings tad-dinja. Zverev daħal għal din il-finali bit-tama li jirrepeti s-suċċess tas-sena l-oħra, kif ukoll b’moral għoli wara li rebaħ it-titli fi Munich u Madrid.
Nadal rebaħ l-ewwel set 6-1 qabel mal-Ġermaniż rebaħ it-tieni wieħed bl-istess skor. Zverev mar 3-2 minn fuq fit-tielet set, qabel max-xitwa waqqfet il-partita minħabba l-kundizzjoni tal-court. Meta l-logħob kompla, Nadal rebaħ l-aħħar erba’ logħbiet biex kiseb ir-rebħa.
//= $special ?>