Raġel ta’ 34 sena mir-Rabat Għawdex qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ il-bieraħ filgħaxija fir-Rabat Għawdex.
L-inċident seħħ fi Triq Fortunato Mizzi għall-ħabta tal-5.30pm meta r-raġel kien qed isuq mutur tal-għamla Cityblade u ħabat ma’ karozza Kia Ceed misjuqa minn mara ta’ 25 sena mill-Islovenja.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn iktar tard huwa kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>