Żewġ anzjani jistgħu jgħodduha b’waħda wara li s-saqaf tar-residenza tagħhom krolla għal kollox wara li ċedew is-soqfa tas-sulari ta’ fuqhom.
Il-każ seħħ ftit wara l-10.30 tal-Ħadd filgħodu fi Triq Clarence f’Tal-Pietà, meta s-saqaf ċeda. Jidher li r-raġel ħareġ waħdu mir-residenza filwaqt li l-mara kellha bżonn l-għajnuna tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ġiet salvata.
Filwaqt li fortunatament ma jidhirx li ż-żewġ residenti ġarrbu xi ġrieħi, għajr minn xokk – allegatament għad hemm xi annimali maqbuda taħt it-tifrik.