Is-sid tal-klabb tal-Premier League Chelsea Roman Abramovich għad irid ikollu l-visa tar-Renju Unit mġedda wara li skadiet ix-xahar li għadda. Il-biljunarju Russu ma kienx preżenti fir-rebħa li Chelsea kellhom fuq Manchester United li biha rebħu l-FA Cup.
Sors ta’ Sky News fl-Ingilterra qal li l-visa ta’ Abramovich skadiet fi tmiem April. Hu qal li l-applikazzjoni biex tiġi mġedda l-visa tinsab fil-proċess, iżda saħaq li qed tieħu aktar fit-tul mis-soltu. Il-kelliem ta’ Abramovich John Mann irrifjuta li jikkumenta.
Abramovich għandu proprjetàf’Londra iżda issa rritorna fir-Russja. Rekords tat-titjiriet juru li l-ajruplan tat-tip Boeing 767 li hu tan-negozjant Russu, kien l-aħħar f’Londra fl-ewwel ta’ April, kompla jgħid is-sit The Bell.
Din l-aħbar waslet fid-dawl tat-tensjoni diplomatika li hemm bejn ir-Russja u r-Renju Unit wara li spijja Russu miet ivvalenat, flimkien mal-involviment militarji tal-Britanniċi fis-Sirja. Skont il-lista tas-sinjuri minn Sunday Times, hu stmat li Abramovich għandu madwar €10.7 biljuni, u ilu proprjetarju ta’ Chelsea mill-2003.
//= $special ?>