Lokali

€2,507,254 għal Puttinu

Maratona 60 siegħa ta' futbol u volleyball

€2,507,254 kienet is-somma finali miġbura fil-maratona ta’ futbol u volleyball li kienet ilha għaddejja tliet ijiem b’risq Puttinu Cares. L-attività saret fil-Marsa Sports Club fejn kien hemm atmosfera ta’ divertiment u attivitajiet għall-familja kollha.

B’kollox fl-edizzjoni tal-maratona ta din is-sena ħadu sehem b’kollox mat-800 tim tal-futbol u volleyball.

Timijiet magħmula minn diversi gruppi ġejjin minn kumpaniji differenti jew saħansitra gruppi ta’ ħbieb li jkunu qed jilagħbu waqt li jagħmlu ġest ta’ solidarjetà ma dawk fil-bżonn tal-għajnuna minn Puttinu Cares.

Spikka wkoll l-ispettaklu u s-sens kbir ta’ sodisfazzjon ta’ dawk il-voluntiera li taw sehemhom u ħasdu l-frott wara xhur ta’ ħidma b’risq din il-fondazzjoni.
Il-poplu sa issa diġa investa tmien miljun ewro fl-appartamenti li Puttinu għandhom f’Sutton f’Londra. It-talba għall-għajnuna minn Puttinu fl-aħħar snin żdiedet minn bejn għoxrin u tletin pazjent fix-xahar għal bejn sittin u disgħin pazjent fix-xahar.

Issa Puttinu se tkun qed tidħol għall-proġett ieħor kbir biex tkompli ttejjeb is-servizzi li toffri f’Londra fejn se tkun qed tagħmel investiment ta’ bejn 16 u 20 miljun.

Segwi fil-link dak li ġara tul iż-żjara tal-Kap tal-PN Adrian Delia fil-maratona.

Adrian Delia jżur il-Maratona ta’ Puttinu Cares