Il-video mużikali ta’ kanzunetta li hi waħda mill-favoriti għal dan is-sajf inġibed propju f’pajjiżna, f’Kemmuna.
Give it Up, li l-video mużikali uffiċjali f’temp ta’ ħamest ijiem laħaq it-tliet mitt view fuq Youtube, hi l-kreazzjoni tad-DJ ta’ 21 sena Mike Williams.
Għalkemm DJ Mike Williams iddebutta din id-diska fis-sajf tal-2017 f’Ibiza, din qabdet sew matul it-tour tiegħu Ultra Miami fl-Itati Uniti u għalhekk bdiet ħidma biex joħroġ il-video mużikali.
Għal dan l-għan mhux biss intagħżlet il-gżira pittoreska ta’ Kemmuna, imma wkoll numru ta’ mudelli u personalitajiet lokali minn oqsma differenti.
Mike Williams, DJ Olandiż, ħareġ l-ewwel single tiegħu fl-2014 biex f’temp ta’ erba’ snin ħareġ 21 single minbarra sensiela ta’ remixes ta’ diski ta’ artisti oħra rinomati.
Interessanti li Mike Williams tgħallem ix-xogħol ta’ DJ meta kellu biss 12-il sena u fl-età ta’ 14-il sena rnexxielu jikseb post biex idoqq quddiem udjenza ta’ 500 persuna fi club. Din l-esperjenza fetħitlu l-bibien beraħ tant li minn hemm beda jintalab idoqq fi clubs oħra.
//= $special ?>
