Dan hu video li tpoġġa’ minn Vittorio Sgarbi fuq Facebook ftit tal-ħin ilu, hekk kif illum hu indirizza numru ta’ studenti waqt lecture fl-Universita’ ta’ Malta, fejn ippreżenta wkoll il-ktieb ġdid tiegħu.
Iżda mal-wasla tiegħu f’pajjiżna Sgarbi, politiku, kittieb u personalità televiżiva kontroversjali fl-Italja, ingħaqad ma’ grupp ta’ żgħażagħ li ntefgħu jdoqqu l-pjanu tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Sgarbi, li xi kultant jesprimi opinjonijiet pjuttost estremisti, issieħeb magħhom billi kanta l-versi tal-kanzunetta komunista Bella Ciao, f’botta għas-sitwazzjoni politika attwali fl-Italja.
Fl-aħħar jiem f’pajjiżna, Sgarbi kellu l-opportunità li jitpaxxa bl-arti u l-kultura lokali, tant li ripetutament tella’ filmati u ritratti minn madwar Malta, inkluż il-Konkatidral ta’ San Ġwann u diversi knejjes.
//= $special ?>