Lokali

Ħamsa jgħidu li tkeċċew mill-impjieg tagħhom fl-AUM b’mod inġust

Ħames akkademiċi li kienu impjegati tal-American University of Malta fetħu proċeduri fil-Qorti jargumentaw li tkeċċew mill-impjieg tagħhom b’mod inġust u qalu illi kienu impjegati biss mill-kumpanija bl-iskop li tikseb akkreditazzjoni aħjar.

Dawn Adrian Saliba, Stephen Robert Wasselm, Mark William Neal, Leonid Simon Tevlin u Marlen Elliot Harrison, kollha letturi esperjenzati ressqu protest ġudizzjarju kontra Saddeen Education investment Limited fejn fih sostnew li l-kumpanija preżentat salarji tajbin biex tinganna b’dawk li kienu se jgħallmu biex setgħet tikseb akkreditazzoni tajba mil-awtoritajiet Maltin. Sadeen imma keċċiet lil dawn il-letturi sitt xhur  wara li kienu ingaġġati.

Qabel ma għalqu s-sitt xhur dawn l-għalliema kienu ingħataw xogħol li jmur sew ‘l bogħod mill-obligazzjonijiet tagħhom ta’ tagħlim.

Kien fl-10 ta’ Jannar li għadda li dawn il-letturi ingħataw notifika li l-impjieg tagħhom kien se jkun terminat ftit qabel għalqu is-sitt xhur probation.

L-amrican University of Malta qas studenti marniexxielha tattira lejn Malta. Xi ħaġa li wasslet għat-tkeċċija ta’ iżjed nies, fosthom id-direttur tal-marketing, id-direttur responsabbli minn studenti ġodda u anke tkeċċa l-istaff tal-viċi president responsabbuli mill-affarijiet akkademiċi u l-introduzzjoni ta’ studenti ġodda.

Il-ħames letturi qed jinsistu li kawża tad-deċiżjoni li jitkeċċew kien mument ta’ tbatija minħabba raġunijiet finanzjarji u emozzjonali kif, dawn qalu li deher biċ-ċar li Sadeen qatt ma kellu f’moħħu li joffri oppotunitajiet lil dawk li kienu qed jipprotestaw li jaħdmu fit-tul ma din l-istituzzjoni edukattiva.

Il-Ħames letturi spjegaw li bagħtew ħafna emozzjonalment u anke mill-finanzi b’mod partikolari minħabba li ma kieux setgħu jippjanaw għal familji taghhom.

Il-Protest ġie ffrmat mill-Avukat Michael Tanti-Dougal.