Il-Prinċep Harry u martu Meghan — illum id-Duka u Dukessa ta’ Sussex — ħarġu tlieta mir-ritratti uffiċjali li ttieħdu nhar is-Sibt, il-jum taż-żwieġ tagħhom.
Ir-ritratti, li nġibdu minn Alexi Lubomirksi, jinkludu wieħed tal-grupp — f’dan il-każ, il-membri tal-familji u l-bridesmaids, flimkien mar-Reġina Eliżabetta.
Intant, kelliema għall-Palazz ta’ Kensington irringrazzjaw lil kulħadd li kellu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet taż-Żwieġ Irjali.
Lubomirski, li kien ġibed ir-ritratti uffiċjali tal-engagement ta’ Harry u Meghan qal li ‘kien unur kbir għalih li jiddokumenta dan il-vjaġġ sabiħ tal-koppja’.
Għexieren ta’ eluf inġabru f’Windsor waqt iċ-ċerimonja taż-żwieġ irjali fil-Kappella ta’ San Ġorġ ( fil-Kastell ta’ Windsor). Intant, hu kalkulat li 11-il miljun spettatur raw l-avveniment irjali permezz ta’ xandiriet fuq l-istazzjonijiet tal-BBC u l-ITV





