Parlament

Il-gvern m’għandux jagħmel il-by-pass ta’ Ħ’Attard

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius appella lill-gvern biex ma jagħmilx il-by-pass ta’ Ħ’Attardd għaliex din se teqred art agrikola u se ġġib lit-traffiku iktar viċin in-nies.

Id-deputat Nazzjonalista David Agius tkellem dwar iż-żieda fl-emissjonijiet u qal li dawn qed jikkawżaw problema ta’ saħħa u sostna li l-gvern hu mwissi li jista’ jkollna soċjetà għanja iżda marida.

Hu qal li jeżistu rapporti li anki l-power station qed tikkaġuna problemi ambjentali. Hu kkritika n-nuqqas ta’ ippjanar u tratta l-by-pass ta’ Ħ’Attard fejn se jittieħdu artijiet tal-bdiewa biex din titwettaq.

Il-Gvern għandu soluzzjoni iżda ma jridx iwettaqha. Il-Gvern ma jridx jisma’ u l-fatti huma li l-Gvern qatt m’għamel studju wieħed wara din it-triq li se tkiser l-ambjent. Hu qal li fi tmiem il-ġimgħa l-Gvern ma jibgħatx uffiċjali tal-infurzar ambjentali u għalhekk f’dan il-perjodu qed tinksier il-liġi sfaċċatament.

Hu qal li l-Kamra tal-Periti, Il-Front għal Ambjent Aġħjar u Din l-Art Ħelwa marru l-qorti kontra l-MEPA biex jappellaw lill-gvern biex jimxu mal-proċeduri tal-bini tas-Sea Malta li twaqqa’ diġà minkejja l-pożizzjoni tal-Ombudsman. Dan hu gvern arroganti fl-ambjent.